Mt

MT

Malta

island republic in Europe

MT
https://12r.uk/mt/

Lingwa Maltija

Il-Malti huwa l-ilsien nazzjonali tar-Repubblika ta’ Malta. Huwa l-ilsien uffiċjali flimkien mal-Ingliż; kif ukoll wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan l-ilsien għandu sisien u għerq semitiku, ta’ djalett Għarbi li ġej mill-Afrika ta’ Fuq, għalħekk qatt ma kellu rabta mill-qrib mal-Għarbi Klassiku. Iżda tul iż-żminijiet, minħabba proċess tal-latinizzazjoni ta’ Malta, bdew deħlin bosta elementi lingwistiċi mill-Isqalli, djalett ta’ art li wkoll għaddiet minn żmien ta’ ħakma Għarbija. Wara l-Isqalli beda dieħel ukoll it-Taljan, fuq kollox fiż-żmien tad-daħla tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann sa meta l-Ingliż ħa post it-Taljan bħala l-ilsien uffiċjali fil-Kostituzzjoni Kolonjali tal-1934. Il-Malti huwa l-ilsien waħdieni ta’ għajn semitika li jinkiteb b’ittri Latini.

https://mt.m.wikipedia.org/wiki/Lingwa_Maltija